Friday, May 3, 2024

Cristiano Ronaldo sospiż u mmultat mill-FA Ingliża

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ngħata sospensjoni ta’ żewġ logħbiet u mmultat £50,000 mill-FA Ingliża wara li waqqa’ mal-art il-mobile ta’ partitarju ta’ Everton  bl-awtiżmu.

Il-player ta’ 37 sena, li issa huwa player liberu, wara li ttermina l-kuntratt tiegħu ta’ Manchester United, ġie mixli b’“imġieba vjolenti” f’Goodison Park, f’April li għadda.

Ronaldo mhux se jappella minn din id-deċiżjoni. 

Sadanittant, Chelsea u Newcastle jinsabu nteressati biex jiffirmaw lil dan il-player internazzjonali Portugiż. 

Madankollu, dan issa jfisser li se jiġi sospiż żewġ logħbiet jekk jingħaqad ma’ club ieħor tal-Premier League.

Sport