Saturday, December 28, 2024

Cyrus Engerer maħtur Rapporteur fuq liġi dwar l-emissjonijiet

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Cyrus Engerer ġie fdat bħala Rapporteur fil-Kumitat tal-Ambjent fuq waħda mill-liġijiet fil-pakkett ‘Fit for 55”, bħala parti mill-azzjoni konkreta tal-Unjoni Ewropea kontra t-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-ambjent.  Engerer se jkun qiegħed jikteb u jinnegozja l-liġi dwar l-ammont ta’ konċessjonijiet li l-pajjiżi se jkollhom fis-sistema ta’ skambju tal-emmissjonijiet.

“Għandna emerġenza tal-klima u emerġenza ekoloġika li qegħdin iħallu impatt mhux biss fuq l-ambjent ta’ madwarna, iżda wkoll fuq il-biodiversità u s-saħħa tagħna l-bnedmin, għaldaqstant sodisfatt li se nkun qiegħed nagħmel il-parti tiegħi fil-Parlament Ewropew biex niġġieldu t-tibdil fil-klima flimkien u nassiguraw li kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea jieħu l-ambjent bis-serjetà,” qal Engerer fl-ewwel kummenti tiegħu wara li ngħata l-fiduċja mill-Kumitat tal-Ambjent biex ikun hu li jmexxi din il-liġi fil-Parlament Ewropew.

Il-pakkett ta’ miżuri ‘Fit for 55’ hu ambizzjuż ħafna u meqjus bħala l-ikbar proġett ta’ din il-leġislatura fil-Parlament Ewropew li fost l-oħrajn għandu l-mira li l-Unjoni Ewropea tkun ħielsa mill-karbonju sas-sena 2050, filwaqt li tara li sal-2030, l-emissjonijiet jitnaqqsu b’55%.

“Irridu naraw li l-ambizzjonijiet kbar li għandna għall-ambjent ma jibqgħux biss fuq il-karta, iżda li jiġu implimentanti minn kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea,” ikkonkluda Engerer filwaqt li qal li l-Unjoni Ewropea hi l-unika forza fid-dinja li għandha liġi dwar il-klima.

Ekonomija

Sport