Tuesday, April 30, 2024

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Taekwondo Anna Vassallo eletta bħala Viċi President tal-Unjoni Ewropea tat-Taekwondo

Aqra wkoll

Istanbul, it-Turkija kienet is-sit tal-elezzjonijiet tal-Unjoni Ewropea Taekwondo (ETU) għall-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Kunsill.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tat-Taekwando Anna Vassallo kitbet l-istorja meta saret l-ewwel Viċi President mara f’ħamsa u erbgħin sena storja tal-unjoni.

Vassallo ilha sservi għal numru ta’snin bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv fi ħdan l-imsemmija Unjoni u ġiet wkoll maħtura bħala membru tal-kummissjoni elettorali tal-istess federazzjoni kontinentali. Il-ħatra ta’Vassallo hija waħda mill-ogħla ħatriet miksuba minn amministraturi sportivi lokali fuq livell internazzjonali.

“Li tkun elett bħala Viċi President tal-ETU mhuwiex biss unur personali iżda huwa kisba għal Malta wkoll. L-istorja saret meta din il-posizzjoni qeda tiġi okkupara mill-ewwel mara. Huwa saħansitra iktar ta ’sodisfazzjon li tara tlett nisa jiġu eletti membri tal-kunsill. spjegat Vassallo.

Vassallo, li ilha involut fl-isport mill-2017 kien strumentali biex terġa  tiġi attivata l-Assoċjazzjoni lokali li kienet ġiet xolta wara numru ta’ kwistjonijiet ta’governanza. L-Assoċjazzjoni issa hija rikonoxxuta mill-Federazzjoni Internazzjonali – World Taekwondo, mill-Federazzjoni Kontinentali – World Taekwondo Europe, minn Sport Malta u mill-Kumitat Olimpiku Malti.

“Wieħed jittama li din il-ħatra tpoġġi lil Malta aktar fuq il-mappa internazzjonali, fejn ser nkomplu bil-ħidma tagħna biex nikkultivaw dan l-isport kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. temmet tgħid Vassallo.

Sport