Daiki Hashimoto kien l-eroj tal-Ġappun fil-ġinnastika artistika tat-timijiet meta b’wirja brillanti fuq il-bar orrizzontali, ta l-midalja tad-deheb lit-team tiegħu.
Sa nofs il-kompetizzjoni, huma kienu fil-ħames post iżda Hashimoto kien providenzjali biex eventwalment tellgħu total ta’ 259.594, 0.532 aktar miċ-Ċina li spiċċaw fit-tieni post filwaqt li Brittanja ħadu l-bronż.