Thursday, October 29, 2026
Home Sport Tazza Ġermaniża: Bayern Munich jiddominaw lil Magdeburg u jgħaddu għall-Aħħar 16

Tazza Ġermaniża: Bayern Munich jiddominaw lil Magdeburg u jgħaddu għall-Aħħar 16

0
49

Bayern Munich ikkwalifikaw għall-Aħħar 16 tat-Tazza Ġermaniża wara rebħa konvinċenti ta’ 6-1 kontra Magdeburg fl-Allianz Arena. 

Michael Olise kien protagonista b’doppjetta, fejn fetaħ l-iskor fl-10 minuta u żied it-tielet goal ta’ Bayern minn penalty fil-bidu tat-tieni taqsima. Mateusz Zukowski kiseb  id-draw temporanju (15) għal Magdeburg, iżda Ismail Saibari (21) reġa’ poġġa liċ-champions fil-vantaġġ.

Fit-tieni taqsima, Alphonso Davies (70) u Nathaniel Brown  (73) skorjaw fi spazju ta’ tliet minuti, qabel David Santos Daiber issiġilla r-rebħa bis-sitt goal fil-ħim mizjud. 

Ta’ min isemmi wkoll li r-rebbieħ tal-Ballon d’Or, Harry Kane, ġie mserraħ għal din il-partita

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here