Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela qal li s-sabiħ tal-attività huwa li tgħaqqad l-importanza tal-eżerċizzju tal-aspett tas-solidarjetà. Abela tkellem dwar l-importanza tal-eżerċizzju.
Abela sostna li f’pajjiżna qed ngħixu kif qed ngħixu għax kellna programm tajjeb ta’ tilqim. Huwa sostna li din l-attività u oħrajn simili jistgħu jittellgħu għax kellna l-vaċċin u anke saħansitra issa bil-booster dose. Mill-ġdid huwa appella lil dawk kollha li qegħdin ikomplu jirċievu l-istedina biex ikomplu jitlaqqmu, biex jilqgħuha u jkomplu jkunu parti mis-soluzzjoni kontra dan il-virus.
Rigward il-każ li seħħ il-Ġimgħa barra Belt Valletta l-Prim Ministru qal li “dak li ġara l-Ġimgħa ma jirrappreżentax il-valuri vera tal-poplu Malti u Għawdxi għax il-valuri vera tiegħu huma dawk li qegħdin naraw madwarna hawnhekk. Jiena nemmen li fl-aħħar mill-aħħar dawn huma l-valuri tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi u dak li qegħdin naraw madwarna jikkonferma dan kollu”, tenna Abela.