Saturday, November 23, 2024

“Dak li jinkiteb online jaf ikollu konsegwenzi serji”; Il-POU tappella biex in-nies ikunu sensittivi

Aqra wkoll

“Dak li jinkiteb online jaf ikollu konsegwenzi serji ħafna fuq il-persuna u fuq is-saħħa mentali tagħha. Żball ta’ ġudizzju għandu jkollu konsegwenzi proporzjonati iżda m’għandux iwassal għal detriment tas-saħħa tal-persuna.”

Hekk ikkummentat il-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union b’referenza għall-filmat ta’ uffiċjal tal-Pulizija mara li f’filmat tidher tiżfen waqt li kienet bl-uniformi tal-Korp. Il-filmat spiċċa xtered b’mod virali fuq il-midja soċjali, b’diversi persuni jgħaddu kummenti dwaru.

Il-POU qalet li filwaqt li t-taqsima tal-affarijiet interni fi ħdan il-Korp se jkun qed jinvestiga il-każ biex jiġi deċiż jekk u liema passi dixxiplinarji għandhom jittieħdu, il-POU appellat lill-persuni biex ikunu sensittivi u responsabbli dwar dak li jiġi miktub fuq il-midja soċjali.

Sport