Saturday, December 21, 2024

“Dak missieri tah ħass ħażin”

Bosta jikkundannaw kummenti "mhux meqjusa" dwar l-inċident f'Ħal Qormi

Aqra wkoll

“Dak missieri u għall-informazzjoni tagħkom tah ħass ħażin u mhux kif hawn ħafna minnkom qed jinstigaw”. Iddikjaraw dan ulied ir-raġel anzjan li aktar kmieni dalgħodu kien involut f’inċident f’parkeġġ privat f’Ħal Qormi. Bosta kienu dawk li komplew mal-mara hekk kif kummenti varji segwew ritratti tal-inċident. Filwaqt li kien hemm ħafna li qalu li ma jiskantawx jaraw ċertu inċidenti, ħafna oħrajn ikkundannaw kummenti mhux meqjusa b’rispett lejn il-familja tal-anzjan.

Aktar dwar l-inċident…

Raġel ta’ 26 sena weġġa’ gravi wara li aktar kmieni dalgħodu kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li għall-ħabta tat-8.15am, ġew informati b’inċident f’parkeġġ privat ta’ stabbiliment, fi Triq l-Iljun, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Keeway Cityblade misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 79 sena residenti l-Imsida.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport