Saturday, May 18, 2024

Gzira United jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Mosta  …………0

Gzira Utd ……..3

Gzira United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Mosta bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0 biex qabżuhom fil-klassifika.

Kienet rebħa meritata għall-Maroons li dehru ferm organizzati b’kuntrast kbir għall-Mostin li ddiżappuntaw.

Il-coach ta’ Mosta, Joseph Grech, ma setax jutilizza l-aħjar formazzjonii hekk kif kel­lu lil Ndubisi Nnaj sospiż u Clayton Failla nieqes minħabba injury fit-tul. Dan filwaqt li Sacha Cachia, Gustavo Chara, Damian Evans u l-player mill-Ghana, Philip Agbado, bdew mal-ewwel 11, b’dan tal-aħħar ikun qed jagħmel id-debutt tiegħu mal-Blues.

Min-naħa l-oħra Gzira kellhom tliet bidliet mit-team li temm fi draw ta’ 1-1 kontra Valletta, hekk kif il-goalkeeper David Cassar ħa post Darijan Zarkov bejn il-lasti, waqt li Ewertton Silva u Ryan Essaka ġew utilizzati minflok Jackson Mendoza u Brooklyn Borg, rispettivament.

Kienu Mosta li ħarġu fuq l-offensiva u fil-ħames minuta Agius għadda tajjeb lejn Chara li bir-ras tefa’ barra.

Gzira wieġbu ħames minuti wara permezz ta’ free-kick mil-lemin ta’ Thiago Espindola li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper, David Udoh Akpan.

Fis-37 minuta, Mosta resqu viċin meta minn azzjoni ta’ free-kick, Kevin Tulimieri fajjar xutt minn barra l-kaxxa iżda sab lil Cassar attent.

Fil-45 minuta, il-Gżirjani fetħu l-iskor meta THAYLOR ALDAMA kien fil-post it-taj­jeb biex xeħet fix-xibka.

Żewġ minuti mill-futħ tat-tieni taqsima huma rduppjaw l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-isbaħ ta’ GABRIEL BOHRER MENTZ.

Fil-75 minuta, huma ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ xutt qawwi ta’ THAYLOR ALDAMA li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, David Udoh Akpan, isalva biex l-attakkant Brażiljan irreġistra doppjetta.personali.

Wara dan il-goal, Gzira  komplew jamministraw il- vantaġġ komdu li kellhom sa tmiem il-partita.

MOSTA: David Udoh Akpan, 4-Adolfo Chara (30-Jean Paul Farrugia 78), 5-Sasha Cachia, 8-Aneni Damian (3-Tegwi Thomas 61), 9-Philip Agbado, 16-Gianluca Sciberras, 20-Willie Britto (15-Owen Sammut 15), 21-Nathan Agius (7-Aliyu Isah 61), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat, 92-Kevin Tulimieri (27-Eric Mensah 61)   – Coach: Joseph Grech

GZIRA U.: David Cassar, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama (26-Mohamed Alouzi 86), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Ribeiro Macula, 16-Luis Carlos Riascos (19-Adama Sane 76), Farid Romero Zuniga, Ryan Essaka (98-Jackson Mendoza 98), Ewertton (4-Andrew Borg 76), Thiago Espindola   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: T. Aldama 45, 75, G. Bohrer Mentz 47 (GU)

AMMONITI: K. Tulimieri, T. Thomas, S.Cachia (M), G. Bohrer Mentz (GU)

Sport