Wednesday, December 25, 2024

Dalwaqt titlesta l-ikbar playground area għat-tfal fil-pajjiż

Aqra wkoll

Fost bosta xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq il-proġett tal-Malta National Park, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħol ta’ tisbiħ li qed isir fl-Adventure Park, f’waħda mit-tliet żoni ta’ dan il-proġett.

Il-Ministru Ian Borg semma kif l-Adventure Park huwa l-akbar playground li jeżisti f’Malta u li se jkun qed jingħata l-attenzjoni neċessarja sabiex jissebbaħ u jingħata għat-tgawdija tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fl-aqwa kundizzjoni u sigurtà possibbli.

“Se nkunu qed nagħtu l-akbar u l-isbaħ park nazzjonali lill-familji Maltin u Għawdxin. B’investiment ta’ €20 miljun, il-Malta National Park, din il-ħolma nazzjonali, mhux se jkun ifisser spazju għar-rikreazzjoni biss, iżda se jkun wirja tal-viżjoni ta’ gvern ambjentali,” sostna l-Ministru Ian Borg.

F’dan il-park, ġie maħsub li jintużaw sistemi ta’ enerġija sostennibli bħalma huma pannelli fotovoltajċi u ‘building-integrated photovoltaics’. Maħsub ukoll li tiġi installata wind tree, li tbiddel l-enerġija kinetika f’dik elettrika.

Ix-xogħlijiet fuq l-Adventure Park jinkludu tranġar fil-binja li fiha hemm il-kafetterija, bini mill-ġdid ta’ terazzin li kellu problemi strutturali, sistema ġdida ta’ waterproofing fuq il-bejt, bdil ta’ madum u tas-sistema tad-dawl, sistema ta’ drenaġġ ġdida u faċilitajiet sanitarji ġodda.

Fiż-żona tal-ġnien se jsir xogħol ta’ manutenzjoni, fosthom fuq il-gazebos, il-pontijiet u l-kannizzati. Qed isir ukoll xogħol fuq il-funtani eżistenti fejn se jiġu mibdula s-sistemi tal-ilma, inkluż il-pompi u l-madum. Se jiġi installat tagħmir tal-logħob (play equipment) ġdid u aktar sigur, b’bandli aċċessibbli. Se tiġi installata wkoll sistema ta’ Wi-Fi.

Ekonomija

Sport