Monday, May 13, 2024

Damour Jiel u Eldorado De Ver jispikkaw fl-aqwa tiġrijiet

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Damour Jiel u Eldorado De Ver rebħu it-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u għamlu parti mill-45 laqgħa tas-sena fuq ħdax -il tiġrija kollha tat-trott. 

Tlettax -il żiemel ġrew fl-ewwel tiġrija Premier. In-Norveġiża Secret Snap (Johan Gaffarena) kienet l-aktar waħda b’saħħitha wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetħet vantaġġ żgħir minn Damour Jiel (Charles Degiorgio) u Hunter Montana (Tony Demanuele). Dawra mit-tmiem kien iż-żiemel ta’ Degiorgio li mar quddiem. 

Dan żamm l-ewwel post sal-linja finali biex akkwista t-tieni rebħa f’Malta b’tul minn Cadet (Noel Baldacchino) u Cupidon Du Corbon (Charles Camilleri). Dexter Des Baux (Ivan Stivala) temm warajhom f’dik l-ordni. Intant ir-rebbieħ kellu medja tajba ta’ 1.14.9” fil-kilometru. 

Fit-tieni waħda tal-aqwa klassi, Akela Play (Clint Vassallo) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali meta nqabeż minn Eldorado De Ver (Noel Baldacchino) li rreġistra l-ħames rebħa staġjonali minn Djembe Du Pont li kien misjuq minn iben Noel, Dylan Baldacchino. Akela Play kellu jikkuntenta bit-tielet post quddiem Dottarus (Herman Mc Kay). 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Heros De Claivince (C. Camilleri) Ħin – 3.28.9” (1.19.1”) 2. Dimitrius (P. Galea) 3. Express Novo (I. Galea) 4. Hartist Griff (S. Schembri)  

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) Ħin – 3.24.5” (1.17.4”) 2. Isaiah Favardy (D. Cortis) 3. Fine Delo (N. Baldacchino) 4. Pure Islet (M. Ellul) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) Ħin – 3.23.9” (1.17.3”) 2. Bottarus (P. Galea) 3. Fighter Perrine (R. Gatt) 4. Geisha De Melodie (Ch. Camilleri) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Moon Zappa (J. Gafa’) Ħin – 3.22.6” (1.16.8”) 2. Chene De Landisacq (P. Galea) 3. Jadore Sugar (D. Cortis) 4. Mojo Express (G. Calleja)

Rebħa missielta għal Daraghiu Jeep

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Daraghiu Jeep (A. Cassar) Ħin – 3.24.5” (1.17.8”) 2. Everest De Kacy (J. Buttigieg) 3. Dieu d’Occagnes (P. Galea) 4. Badou (Ch. Gauci)  

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Espoir d’Amour (P. Galea) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Hegoa Smart (J. Gafa’) 3. Gabin Sellois (R. Magro) 4. Colorado Telbe (C. Vassallo) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Damour Jiel (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.17.9” (1.14.9”) 2. Cadet (N. Baldacchino) 3. Cupidon Du Corbon (Ch. Camilleri) 4. Dexter Des Baux (I. Stivala) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 3.21.5” (1.16.3”) 2. Elorn (Ch. Camilleri) 3. Elpick (R. Gatt) 4. Daldry De L’Ante (M. Debono) 

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Casino d’Ourville (R. Gatt) Ħin – 3.25.2” (1.17.7”) 2. Dessert Compris (M. Ellul) 3. Cekito De Jupilles (R. Magro) 4. Vangiskan Scott (L. Zammit) 

Eldorado de Ver jirbaħ fil-Premier

X Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) Ħin – 3.20.7” (1.16”) 2. Djembe Du Pont (D. Baldacchino) 3. Akela Play (C. Vassallo) 4. Dottarus (H. Mc Kay)

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Ecuador (R. Magro) Ħin – 3.17.4” (1.14.8”) 2. Hitthebar (Ch. Camilleri) 3. Global Tuxedo (J. Zahra) 4. Cooper Club (S. Schembri)

Sport