Dan Ashworth telaq ir-rwol tiegħu ta’ direttur sportiv ma’ Manchester United, ħames xhur wara li ngħata dan l-inkarigu. Din l-aħbar skantat mhux biss lid-dilettanti tal-futbol Ingliż iżda wkoll lill-partitarji tar-Red Devils fejn qed jaraw l-affarijiet sejrin mill-ħażin għall-agħar.
Ashworth għamel żmien twil fl-istess rwol ma’ Newcastle United iżda donnu li mar-Red Devils ma tantx saddad.
Min-naħa tagħhom, Manchester United nefqu £3 miljun biex ħatruh fil-kariga.