Sunday, July 26, 2026
Home Sport William Saliba irrifjuta offerta ta’ Real Madrid

William Saliba irrifjuta offerta ta’ Real Madrid

0
125

Id-difensur ta’ Arsenal William Saliba ammetta li ġie kkuntattjat minn Real Madrid sabiex jingħaqad magħhom f’Jannar li ġej iżda hu pront irrifjuta din l-offerta.

Saliba, li ilu mal-Gunners sa mis-sena 2019, qal li jinsab ferm għal qalbu jilgħab fl-Emirates Stadium u sostna li ma jarah ma’ ħadd iktar.

Saliba b’kollox lagħab 78 logħba ma’ Arsenal u skorja ħames gowls.