“Inklużjoni. Kelma diffiċli, imma meta ssir realtà tkun sabiħa ferm aktar milli nistgħu nimmaġinaw. Illum kelli l-investitura u sirt uffiċjalment parti mill-grupp tal-Scouts. Mument li nibqa’ ngħożż f’qalbi”
Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook: Guilherme’s Journey of Hope, li huwa tifel ta’ 9 snin li qed jgħix b’kundizzjoni rari. Il-familja tiegħu rringrazzjat lil St. Venera Scout Group, lil-leaders kollha, lill-ġenituri għas-support kontinwu tagħhom u fuq kollox lit-tfal, għal qalb tajba, għall-għajnuna u għall-imħabba li dejjem jagħtu liċ-ċkejken Guilherme kull darba li jiltaqgħu.
Il-messaġġ intemm b’dawn il-kliem; “Dan hu s-sens veru tal-inklużjoni: li kulħadd iħossu milqugħ, aċċettat u apprezzat”.

