Thursday, February 26, 2026

“Dan iċ-ċentru kellna bżonn ħafna… dan l-iżvog tiegħi”

- Polly Agius

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ilna nistennewh dan iċ-ċentru ta’ matul il-jum fir-Rabat. L-ewwel konna l-Imtarfa u wara morna Ħad-Dingli. Ir-Rabat qatt ma kellna ċentru ta’ matul il-jum. Hawnhekk issa almenu għandna ċentru ta’ matul il-jum li nistgħu niġu x’ħin irridu u nitilqu x’ħin irridu u mhux toqgħod tistenna biex titlaq.”

Polly Agius f’kummenti lil IT-TORĊA qaltilna li “għalija iċ-ċentru ta’ matul il-jum hu żvog.  Għax jien ma nmur imkien. Jien ġurnata nmur u għalija hu żvog. Niltaqgħa ma’ sħabi. Niltaqgħu fuq mejda ngħidu kelma bejnietna u dik il-ħarġa tiegħi. Kellna bżonnu. Il-ġurnata normali tiegħu xogħol id-dar u nmur nara r-raġel għax qiegħed ġo residenza tal-anzjani.  Il-faċendi tad-dar mill-bqija ma’ tantx noħroġ u l-allura l-iżvog tiegħi hu ċ-ċentru ta’ matul il-jum u meta jagħmlulna xi attività, għax jorganizzalna, noħroġ magħhom.” 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport