Thursday, December 26, 2024

Dani Alves jinħeles mill-ħabs sakemm isir l-appell

Aqra wkoll

L-istilla internazzjonali tal-football, Dani Alves, jista’ jinħeles b’kundizzjoni mill-ħabs wara li ħallas garanzija ta’ €1 miljun (£853,000).

Alves kien ikkundannat erba’ snin u nofs ħabs ix-xahar li għadda, wara li qorti sabitu ħati li stupra mara f’nightclub f’Barċellona fl-2022.

Nhar it-Tnejn, il-qorti fi Spanja tat permess lill-eks player ta’ Barcelona u l-Brażil biex iħalli l-ħabs sakemm isir l-appell tie­għu, wara li għamel il-ħelsien mill-arrest id­dikjarat.

Ir-raġel ta’ 40 sena ilu jinżamm taħt arrest preventiv minn Jannar tal-2023.

“B’dan ninfurmawk li d-depożitu tal-li­bertà proviżorja ta’ Daniel Alves ġie rreġistrat fil-kontijiet tal-21 sezzjoni tal-Qorti ta’ Barċellona,” qalet stqarrija.

Madankollu, avukata tal-vittma ta’ stupru sejħet id-deċiżjoni li tħallih jitlaq mill-ħabs bħala “skandlu”.

Meta tkellmet il-ġimgħa li għaddiet, Ester Garcia qalet: “Għalija, huwa skandlu li jħallu persuna li jafu li tista’ tħallas €1 miljun fi ftit ħin timxi barra ħielsa.”

L-Avukata Garcia qalet li kienet “imregħxa u mhux sodisfatta” bis-sentenza, u żiedet li din kienet “sistema ta’ ġustizzja għas-sinjuri” u li kienet se tressaq appell.

Ekonomija

Sport