Wednesday, April 24, 2024

Gabriel Barbosa sospiż sentejn minħabba d-doping

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Flamengo u l-Brażil, Gabriel Barbosa ġie sospiż sentejn għal attentat ta’ frodi kontra d-doping.

Ġie rappurtat li l-player ta’ 27 sena, magħruf bħala ‘Gabigol’, għamilha diffiċli biex jagħmel test tad-doping ġurnata qabel logħba.

Barbosa, li lagħab 18-il darba għal pajjiżu,  ċaħad l-akkużi kontra tiegħu. Huwa jista’ jappella d-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS).

Is-sospensjoni ta’ sentejn tibda mid-data tal-ksur, li seħħet fit-8 ta’ April 2023.

L-istaġun fil-Brażil jibda fl-14 ta’ April u jibqa’ għaddej sat-8 ta’ Diċembru li jfisser li Barbosa se jitlef l-istaġun sħiħ, iżda għandu jkun disponibbli għall-bidu tal-kampanja tal-2025.

Sport