Wednesday, April 24, 2024

Il-coach Thiago Motta segwit minn bosta clubs

Aqra wkoll

Il-coach Italo/Brażiljan, Thiago Motta, li bħalissa jinsab fir-responsabbiltá tat-team ta’ Bologna, qed jiġi segwit minn bosta clubs fl-Ewropa. 

Huwa kiseb ir-rispett hekk kif jinsab fl-isfida biex jikseb ir-raba’ post tas-Serie A li jkun ifisser post il-UEFA Champions League. Fil-fatt, bħalissa Bologna qed igawdu r-raba’ post, tliet punti aktar minn Roma meta fadal disa’ partiti għat-tmiem. 

Peró, Motta qal li għadu kmieni ħafna biex jibda jitkellem biex jingħaqad ma’ xi club ieħor u l-objettiv tiegħu huwa li jonora l-kuntratt tiegħu mal-club attwali. 

Sport