Wednesday, April 24, 2024

L-Ingilterra miżmuma mill-Belġju f’Wembley Stadium

Aqra wkoll

L-Ingilterra u l-Belġju spiċċaw fi draw ta’ 2-2 bil-goal ta’ Jude Bellingham fl-94 minuta isalva lill-Ingliżi konsekuttiva wara t-telfa ta’1-0 kontra l-Brażil ftit tal-jiem ilu.

Il-Belġjani fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta żball tal-goalkeeper, Jordan Pickford, ippermetta lil Youri Tielemans jixħet il-ballun fix-xibka.

Sitt minuti wara, l-Ingliżi kisbu l-goal tad-draw minn penalty mogħti minn Ivan Toney.

Fis-36 minuta, l-istess Youri Tielemans bir-ras reġa’ poġġa lill-Belġjani fil-vantaġġ wara żball ta’ Lewis Dunk.

U meta kollox deher li l-Belġjani kienu se jirbħu dan il-konfront, fl-94 minuta, Jude Bellingham kiseb id-draw b’xutt fil-baxx.

Sport