Real Madrid jistgħu jidħlu f’taqtiegħa ma’ Barcelona għall-firma tal-attakkant ta’ RB Leipzig, Dani Olmo, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena kellu problemi ta’ injury matul l-istaġun 2021-22 iżda xorta waħda skorja tliet goals u pprovda ħames assists fi 18-il dehra għall-club tiegħu mill-Bundesliga dan l-istaġun.
Barcelona huma maħsuba li qed jiżnu mossa tas-sajf għall-player internazzjonali ta’ Spanja, b’Leipzig maħsuba li jkunu miftuħa li jbigħuh għall-prezz it-tajjeb fis-suq tat-trasferimenti li ġej.
Madankollu, hemm interess ukoll minn Real Madrid, li qed iħarsu mill-qrib fuq is-sitwazzjoni tal-attakkant fil-Ġermanja.
Huwa mifhum li t-team immexxi minn Carlo Ancelotti jibqa’ interessat f’Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund, iżda l-clubb qed jiżen ukoll alternattivi għall-player intrenazzjonali Norveġiż.
Olmo, li kapaċi jopera f’numru ta’ pożizzjonijiet differenti fl-attakk, skorja 15-il goal u rreġistra 18-il assist f’79 dehra għal RB Leipzig fil-kompetizzjonijiet kollha.
Jidher li offerta ta’ madwar £40m għall-player Spanjol tkun ikkunsidrata mill-club mill-Bundesliga dan is-sajf.