Tuesday, May 14, 2024

Man Utd f’taqtiegħa ma’ Paris SG għal Sergej Milinkovic-Savic

Aqra wkoll

Manchester United mistennija jidħlu f’taqtiegħa ma’ Paris Saint-Germain għall-firma tal-midfielder ta’ Lazio, Sergej Milinkovic-Savic, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player ta’ 27 sena reġa’ kien f’forma mill-aqwa għall-club Taljan tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja tmien goals u rreġistra 10 assists f’39 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Milinkovic-Savic għad fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu ma’ Lazio, iżda kien hemm suġġerimenti li jista’ jħalli l-club qabel l-istaġun li ġej.

Huwa mifhum li Manchester United u PSG huma lesti biex jikkumbattu bejniethom għall-firma tal-player internazzjonali Serb matul is-suq tat-trasferimenti li ġej.

Jidher li Juventus esprimew ukoll interess li jiffirmaw lill-midfielder, iżda Milinkovic-Savic x’aktarx li ma jibqax l-Italja jekk iħalli lil Lazio.

Il-Bianoceleste mistennija jitolbu ‘offerta sostanzjali’ għall-player Serb minħabba l-importanza tiegħu fi Stadio Olimpico.

Manchester United mistennija jiffirmaw mill-inqas midfielder ċentrali ġdid dan is-sajf, b’Paul Pogba mistenni jħalli l-club meta jiskadi l-kuntratt tiegħu fl-aħħar ta’ Ġunju.

Sport