Wednesday, October 9, 2024

Daniel Levy mhux se jbigħ lil Kane lill-ebda klabb Ingliż

Aqra wkoll

Il-president Daniel Levy qal li jekk l-attakkant internazzjonali Ingliż Harry Kane jiġi biex jinbiegħ, żgur li ma jħallihx imur ma’ Manchester United jew Chelsea.

Levy qal li jekk ibigħ lil dan il-plejer lil xi wieħed minn dawn it-timijiet, ikun qed jikkontradixxi l-prinċipji tiegħu.

Issa iktar qed tikber l-ispekulazzjoni li Kane jingħaqad ma’ Bayern Munich li qed ifittxu skorer prolifiku għall-istaġun li ġej. 

Sport