Saturday, July 25, 2026
Home Sport Jonathan David bejn tliet timijiet Ewropej?

Jonathan David bejn tliet timijiet Ewropej?

0
472

L-attakkant Kanadiż ta’ Lille, Jonathan David, qed jinteressa tliet klabbs Ewropej li se jagħmlu minn kollox sabiex wieħed minnhom jikseb is-servizzi tiegħu. 

David għandu 23 sena u qed jiġi segwit minn Paris St Germain, Tottenham Hotspur u Chelsea.

David ilu ma’ Lille sa mis-sena 2020 fejn lagħab 106 partiti u skorja 49 gowl. Hu jilgħab ukoll b’mod regolari mat-tim nazzjonali Kanadiż fejn skorja 24 gowl f’40 logħba.