Wednesday, July 24, 2024

Daniel Montebello b’suċċessi fiċ-ċirkwit ta’ Misano

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Fit-2 ta’ Ġunju, fiċ-ċirkwit ta’ Misano, saru żewġ avvenimenti konsekuttivi: Time Attack u t-tielet rawnd tal-GT3isti Challenge. Daniel Montebello kien hemm u aċċetta ż-żewġ sfidi.

Fil-famuż Time Attach, Italia Montebello spiċċa l-ewwel fil-Klassi Supercar u t-3 fil-klassifika ġenerali fil-Klassi Super Street.

Fl-isfida GT3isti, Montebello kien parti mis-Super Lap Team, grupp ta’ tliet sewwieqa. It-tlieta li huma, inklużi Domenico Zappala u Massimo Caci, kisbu podju fil-kategoriji rispettivi tagħhom iddedikati għall-Porsche GT3 u GT4. Zappala spiċċa fit-tieni post, Montebello spiċċa fit-tielet post fil-klassi 992 GT3, u Caci fit-tielet post, fil-Klassi GT4.

Il-GT3isti Challenge, jirritorna f’Vallelunga fis-7 u t-8 ta’ Settembru wara waqfa twila tas-sajf. Waqt dan il-waqfa, it-tim, inkluż Montebello, qed jaħdem bl-objettiv li jirbaħ il-kampjonat.

Ekonomija

Sport