Wednesday, December 25, 2024

Daniele De Rossi bi statistika eċċezzjonali fl-ewwel sitt logħbiet tiegħu

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Taljani tkellmu dwar id-debutt eċċezzjonali ta’ Daniele de Rossi bħala kowċ ta’ AS Roma. Fil-fatt, l-eks plejer ta’ nofs il-grawnd Giallorosso diġa’ mexxa lit-tim mill-kapitali għal dawn l-aħħar sitt partiti fejn kiseb 16-il punt minn 18 possibbli.

De Rossi fil-preżentazzjoni tiegħu kien qal lill-ġurnalisti li jixtieq jibqa’ jmexxi lil Roma għal ħafna żmien u jidher li dan kollu jista’ jseħħ fil-verita’.

L-istess ġurnali tkellmu wkoll dwar kemm De Rossi qed iwassal mentalita pożittiva bil-plejers li qed jieħdu gost ferm miegħu.

Ekonomija

Sport