Monday, May 13, 2024

Adrien Rabiot viċin li jġedded ma’ Juventus

Aqra wkoll

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Adrien Rabiot għaqqad il-200 dehra ma’ Juventus, hemm possibbilta’ li hu jibqa’ għal iktar żmien magħhom.

Rabiot kien qed jitkellem ma’ ġurnal Taljan fejn qal li jinsab ferm kuntent mal-Bianconeri u l-iktar ħaġa li jiftakar kien meta rebaħ il-kampjonat Taljan iżda ma setax jiċċelebra minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Rabiot għandu 28 sena u skorja 17-il gowl kemm ilu jilbes il-flokk iswed u abjad tal-klabb.

Sport