Thursday, October 10, 2024

Danilo Doncic jinħatar coach ta’ Valletta

Aqra wkoll

Valletta se jkunu qed jaħtru lil Danilo Doncic bħala l-coach il-ġdid tagħhom.

Il-coach Serb qabel dwar termini personali mat-team mill-kapitali u mistenni jasal Malta fis-sigħat li ġejjin biex jieħu t-tmexxija tat-team.

Doncic mistenni jmexxi t-tħejjijiet tat-team tiegħu għall-partita ta’ dan il-weekend kontra Sirens hekk kif Valletta jinsabu ddisprati li jirritornaw għar-rebħ biex jerġgħu jqajmu t-tamiet tagħhom li jiksbu post fiċ-Championship Pool.

Valletta kellhom tnaqqis fil-forma fl-aħħar ġimgħat hekk kif huma rnexxielhom jiskbu biss punt wieħed mill-aħħar ħames logħbiet biex niżlu fis-seba’ post tal-klassifika b’21 punt u qed jirriskjaw serjament li jitilfu post mal-ewwel sitta.

Għal Doncic, dan se jkun it-tieni perjodu tiegħu bħala coach ta’ Valletta FC.

Dan hekk kif hu kien ħa t-tmexxija tal-club fl-2018 meta ħa post Zoran Popovic u mexxa lill-klabb għad-double permezz tal-rebħ tal-Kampjonat Premier u l-FA Trophy.

Doncic ħalla l-klabb fl-2019 iżda issa huwa lest li jirritorna fil-club mill-kapitali fejn gawda minn karriera stellari bħala player fejn irnexxielu jirbaħ l-unuri ewlenin kollha tal-football domestiku.

Sport