“Daqqa ta’ ħarta għal għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema Barranin li diġà qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja”

- TCN Alliance u diversi organizazzjonijiet

Aqra wkoll

Diversi organizazzjonijiet fosthom Friends of the Earths Malta, Solidarjeta, TCN Alliance, Rota u l-Moviment Graffitti ikkritikaw il-miżuri mħabbra fil-Baġit għas-sena 2027 li jolqtu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Huma ikkiritkaw it-tneħħija tat-trasport pubbliku bla ħlas u wusses li dawn il-miżuri joħolqu sistema b’żewġ livelli fost ir-residenti u jżidu l-piż finanzjarju fuq ħaddiema li diġà qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja.

L-organizzazzjonijiet ddeskrivew dan bħala diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, u talbu lill-Gvern jerġa’ jikkunsidra l-proposta li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jibdew iħallsu għat-trasport pubbliku, filwaqt li gruppi oħra ta’ residenti jibqgħu jibbenefikaw minnu mingħajr ħlas.

Huma sostnew li ħafna minn dawn il-persuni ilhom snin jgħixu, jaħdmu u jistudjaw f’Malta, iħallsu t-taxxi u l-kera, u jikkontribwixxu għall-ekonomija u għas-soċjetà. Madankollu, qed jingħad li se jkollhom aċċess differenti għal servizzi pubbliċi minħabba l-passaport li għandhom.

Minn naħa tagħha it-TCN Alliance esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha għall-Baġit 2027, li qalet huwa daqqa ta’ ħarta għal għexieren ta’ eluf ta’ ħaddiema li diġà qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. TCN Alliance iddikjarat il-miżuri tal-Baġit se jżidu l-ispejjeż għal dawn il-ħaddiema fuq diversi livelli. Minbarra t-telf tat-trasport pubbliku b’xejn, li skont l-organizzazzjoni se jiswa €33, il-ħaddiema se jkollhom iħallsu €83 fix-xahar biex ikunu jistgħu jsuqu, filwaqt li l-ispiża għat-tiġdid tal-permess tax-xogħol se tiżdied b’€400 u dik għall-applikazzjoni għal permess ġdid b’€600.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport