Manchester United qalgħu daqqa ta’ ħarta fl-isforzi tagħhom biex jakkwistaw lill-midfielder ta’ Barcelona, Frenkie de Jong.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, kien iddikjarat li l-manager konfermat tal-United Erik ten Hag kien identifika lil De Jong bħala waħda mill-miri prijoritarji tiegħu tat-trasferiment.
Minbarra li huma qabel kienu ħadmu flimkien ma’ Ajax, tippersisti l-ispekulazzjoni li Barcelona huma miftuħin biex ibiegħu lill-internazzjonali Olandiż bi Franck Kessie huwa mifhum li se jingħaqad mal=ġanti Katalani mingħand AC Milan.
Madankollu, De Jong m’għandu l-ebda għaġġla biex iħalli l-Camp Nou, partikolarment biex jingħaqad potenzjalment jingħaqad ma’ club li mhux se jkun qed jikkompeti fiċ-Champions League l-istaġun li ġej.
Barcelona qed jitolbu somma ta’ £64 miljun għal De Jong, prezz mitlub li l-United jingħad li lesti jħallsu minħabba l-kwistjonijiet li għaddejjin bħalissa fis-settur ta’ nofs il-ground.