Tuesday, May 14, 2024

Real Madrid dejjem aktar kunfidenti li jassiguraw il-firma Kylian Mbappe

Aqra wkoll

Real Madrid huma dejjem aktar kunfidenti li jassiguraw l-firma tal-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe, dan is-sajf.

L-internazzjonali Franċiż issa fadallu biss sitt ġimgħat fil-kuntratt tiegħu mal-Pariġini, li jagħmilha probabbli li jħalli l-Parc des Princes bi free transfer.

Għalkemm PSG se jibqgħu f’kuntatt mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 fi sforz tal-aħħar biex jiftiehmu dwar termini ġodda, il-Los Blancos jidher li jqisu lilhom infushom bħala favoriti għall-akkwist potenzjali tiegħu fil-mument preżenti.

Huwa mifhum li uffiċjali ta’ Real Madrid kienu qed jgħidu li ż-żagħżugħ ta’ 23 sena dalwaqt se jkun qed jingħaqad magħhom b’mod uffiċjali.

Preċedentement rapport differenti qal li Mbappe mhux se jagħmel l-ebda avviż dwar il-futur tiegħu sa tmiem l-istaġun tal-Ligue 1, li se jkun qed jintemm fil-21 ta’ Mejju.

Mbappe rreġistra 30 gowl u 19-il assist fil-41 partita tiegħu fl-ogħla diviżjoni ta’ Franza u fiċ-Champions League dan l-istaġun.

Sport