Friday, April 26, 2024

Cristiano Ronaldo se jibqa’ ma’ Manchester United?

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, ta x’jifhem li se jibqa’ mar-Red Devils dan is-sajf, fost rapporti ta’ ċaqliq potenzjali ‘l bogħod minn Old Trafford.

Ronaldo u United ġarrbu staġun frustranti, minkejja li l-player ta’ 37 sena skorja 24 goal fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha minn meta rritorna mal-club mingħand Juventus f’Awwissu li għadda.

B’riżultat ta’ staġun diżappuntanti għar-Red Devils, il-club naqas milli jikseb unur maġġuri għall-ħames staġun konsekuttiv, filwaqt li tilef ukoll il-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League għall-istaġun 2022-23.

Nuqqas bħal dan wassal għal rapporti li l-attakkant Portugiż jista’ jfittex li jħalli lill-club fis-sajf, iżda wara l-ħatra konfermata tal-manager ta’ Ajax Erik ten Hag b’kuntratt ta’ tliet snin mill-istaġun li ġej, Ronaldo ta x’jifhem li se jkun hemm biex jilgħab taħt il-gwida tal-manager ta’ 52 sena.

Sport