Tottenham Hotspur ħadu skoss ieħor fit-tentattiv li jikkwalifikw għall-UEFA Champions League meta marru għand Chelsea u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0.
Kien Trevoh Chalobah li fetaħ l-iskor, fl-24 minuta, minn daqqa ta’ ras wara azzjoni ta’ free-kick.
Il-Pensioners komplew jiddominaw u ma kienet l-ebda sorpriża li, fit-73 minuta, huma rduppjaw meta l-free-kick ta’ Cole Palmer ħabat mal-lasta u mir-rebound Nicolas Jackson bir-ras xeħet fix-xibka.