Wednesday, July 24, 2024

Open Weekend iż-Żona tal-Kunċerti Ta’ Qali mimli divertiment għall-familja kollha!

Aqra wkoll

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook il-Malta National Parks qasmu mas-segwaċi tagħhom kitba rigward open weekend għall-familji fiż-Żona tal- Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali.

Din iż-żona, li sa ftit snin ilu kienet impjant tal-konkos miksi b’tunnellati ta’ materjal tal-kostruzzjoni mormi illegalment, issa ġiet żviluppata kompletament mill-ġdid fi spazju miftuħ li se joffri l-faċilitajiet kollha possibbli biex jistgħu jittellgħu attivitajiet tal-massa tal-ogħla livell.

Iktar kmieni din is-sena kien tħabbar li ix-xogħol f’din iż-żona kien wasal fi tmiemu u meta mhux se tkun qed tintuża għall-kunċerti, dan l-ispazju ser ikun tjsta’ jintuża wkoll bħala spazju ta’ rikreazzjoni għall-pubbliku. 

U għalhekk biex jiċċelebraw propju dan, il- Malta National Parks qed jistiednu il-pubbliku biex iqattghu il-ħin ta’ kwalita mal-familji tagħhom f’dan l-ispazju aħdar ġdid, l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Ser ikun hemm divertiment, logħob għat-tfal, mużika, u arti performattiva matul il-weekend kollu.

Ekonomija

Sport