Sunday, December 22, 2024

“Daqshekk diskors fuq il-klima, issa jmiss azzjoni” – Il-Ministru Aaron Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Aaron Farrugia għamilha ċara li ż-żmien tad-diskors dwar it-tibdil fil-klima spiċċa u hemm bżonn li l-pajjiż jgħaddi għall-azzjoni.

Huwa irrimarka dan waqt li kien qed jindirizza l-Parlament fis-seduta li iddiskutiet emendi fil-liġijiet li jittrattaw l-ambjent u l-klima.

Farrugia nsista li wasal iż-żmien li “we walk the talk” u l-pajjiż jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jilħaq il-mira stabbilita mill-Ftehim ta’ Pariġi li sal-2050 il-pajjiż ikun ħieles mill-karbonju.

Huwa irrikonoxxa li din se tkun sfida għax se jkun hemm bżonn bidla fil-mentalita, fl-attitudni u fl-istil tal-ħajja u nsista li minbarra l-Oppożizzjoni l-Gvern irid li jkollu lil kulħadd miegħu f’din il-ħidma.

Farrugia qal li wara li ltaqa’ mal-gvernaturi tar-reġjuni fil-pajjiż, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Kamra tal-Kummerċ issa se jonqsu li jiltaqa’ mal-akkademiċi, l-MCESD u s-soċjeta ċivili dwar dan.

Huwa semma wkoll li l-viżjoni u l-istrateġija hemm qegħdin u issa jonqos li wara l-konsultazzjoni dawn jiġu implimentati biex fis-snin li ġejjin it-tfal tagħna jirringrazzjawna għal dak li nkunu għamilna.

Il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar l-ambjent David Thake qal li huwa jaqbel li rridu nindirizzaw it-tibdil fil-klima madankollu għamilha ċara li mhux kuntent bil-mira tal-Gvern f’dik li hija enerġija rinovabbli.

Fid-diskors tiegħu huwa semma diversi problemi ambjentali li jara li hawn fil-pajjiż fosthom il-fatt li minħabba bini għoli qed tkun aktar diffiċli li n-nies jinstallaw il-pannelli fotovoltajċi.

Thake irrefera wkoll għat-toroq fejn saħaq li mbilli jistwessgħu mhux se jsolvu l-problema tat-traffiku u waqt li nsista li m’għandhomx jitqaċċtu s-siġar semma kif l-infrastruttura matul is-snin ma ħasbitx għaċ-ċiklisti.

Id-deputat Nazzjonalista semma wkoll kif fil-pajjiż għanda fissazzjoni fuq il-karozzi u nsista li għandna nnaqsu l-użu tagħhom għax flimkien mal-ġenerazzjoni tal-elettriku huma l-iktar sors ta’ tniġġiż.

Ekonomija

Sport