“Pa GRAZZI minn QALBI ta’ Kollox. Grazzi għalik u ghal Ommi dak li aħna llum oħti u jien. Inwegħdek li ser nibqa’ nieħu ħsieb lil Ommi u lil ohti u lill-familji tagħna bl-istess għozza u mħabba li kont tħobbna lkoll inti.”
Hekk għażel li jibda biex isellem il-memorja ta’ missieru d-Deputat Speaker tal-Parlament David Agius f’kitba li għamel ftit fuq il-profil tiegħu.
Agius qal li se jibqa’ jżomm il-valuri li għaddielu missieru ħajtu kollha u stqarr dwar kemm se tkun diffiċli jaċċetta li daqshekk se jagħmlu ċertu affarijiet li kienu jagħmlu flimkien fosthom jiddiskutu fuq il-futbol.
“Kun ċert Pa, li ser nibqa’ dejjem ngħożż il-memorji ta’ meta kont miegħi issuq quddiemi bil-mutur tal-cable and wireless waqt xi maratona, ta’ meta ħadtna u wassaltna kull fejn kellna bżonn, ta’ meta kont niġi bil-moħbi narak tirrefja l-ground tal-Gżira u wara Ta’ Qali, ta’ kemm stinkajt warajja biex nistudja ghax kif dejjem għidtli inti “dak li titgħallem u ddaħħal f’moħħok ma joħodulek ħadd”, u ta’ meta rajna fl-Emirates lil Arsenal kontra l-Wolves”, kompla Agius filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li fl-aħħar ġimgħat kienu ta’ sostenn għalihom minn professjonisti mediċi sa dawk li