Sunday, November 24, 2024

Daqshekk kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa?

Il-Kummissjoni Ewropea tħabbar id-deċiżjoni tagħha

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-deċiżjoni tagħha dwar il-kaċċa tal-gamiem fir-Rebbiegħa. Dan billi bagħtet ittra uffiċjali lill-Gvern li fiha appellatlu biex iwaqqaf il-kaċċa għal gamiem fir-Rebbiegħa.

B’hekk issa l-KE estendiet l-azzjoni tagħha kontra Malta u anke fuq il-gamiem.

Kien f’Diċembru tal-2020 meta l-Kummissjoni kienet diġa bagħtet twissija simili lill-Gvern Malti wara li kien infetaħ l-istaġun fir-Rebbiegħa.

Issa, il-Gvern Malti għandu sal-15 ta’ April biex iwieġeb għal din l-ittra.

Intant fi stqarrija BirdLike Malta qalet li l-azzjoni mħabbra llum mill-Kummissjoni Ewropea tagħti raġun lil BirdLife li f’Novembru li għadda ħadet lill-Gvern il-Qorti biex tikkontesta d-deċiżjoni li fl-aħħar rebbiegħa jinfetaħ staġun tal-kaċċa fuq il-Gamiema.

Sport