Sunday, November 24, 2024

Darab lil martu wara li talbitu l-flus biex tixtri l-affarijiet ta’ kuljum

Aqra wkoll

Raġel ta’ 59 sena ngħata l-libertà kkundizzjonata wara li nstab ħati li weġġa’ ħafif lil martu.

Mix-xhieda li tressqu fil-Qorti ħareġ li l-każ seħħ hekk kif ir-raġel kien ta daqqa ta’ ras f’wiċċ martu. Hu għamel dan wara li hi kienet talbitu xi flus biex tkun tista’ tixtri l-affarijiet ta’ kuljum għad-dar.

Meta kien mistoqsi mill-pulizija dwar dan il-każ ir-raġel ċaħad dan kollu u sostna li hu kien qiegħed jieħu l-insulina f’saqajh u martu marret staqsietu jekk għandux ħwejjeġ għall-ħasil. Kien hawn li hu għollha rasu u laqatha f’wiċċha.

Fix-xhieda tagħha l-mara qalet li kien għall-ħabta tat-7.45am meta talbet lir-raġel xi flus biex tkun tixtri affarijiet li huma bżonnjużi għad-dar bħal affarijiet tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Hija qalet li hu beda jgħajjat u ta daqqa b’rasu f’wiċċha. Sostniet li bid-daqqa hi waqgħet mal-art u bdiet tibki bl-uġigħ.

Xehed ukoll li dan l-inċident ma kienx l-ewwel wieħed fejn ir-raġel wettaq vjolenza domestika fuqha. Qalet li r-raġel għadu l-vizzju tal-logħob.

Il-Prosekuzzjoni qalet li fil-passat diġà kellhom inċidenti simili mal-qrati u kienet martu stess li ħafritlu.

Il-Qorti qalet li mill-provi li tressqu ġie pprovat li darab lil martu iżda m’hemmx provi li insulentaha jew heddidha.

Kien għalhekk li sabitu ħati li weġġa’ lil martu u lliberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn. Fl-istess waqt inħarġet ukoll ordni ta’ trażżin favur il-mara.

Sport