Darren Abdilla mhux se jibqa’ kowċ ta’ Floriana FC

0
54

Wara li iktar kmieni llum wara nofsinhar, Darren Abdilla ħabbar li ma kienx se jibqa’ kowċ ta’ Floriana FC, dawn tal-aħħar esprimew l-aktar gratitudni tagħhom lill-istess Abdilla għat-tmexxija eċċezzjonali tiegħu, il-professjonaliżmu u l-impenn matul iż-żmien tiegħu fit-tmexxija tal-klabb.

Taħt it-tmexxija tiegħu, it-tim kiseb it-tielet post fil-Malta Premier u post ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa Conference League.

Floriana FC awguraw l-isbaħ xewqat fl-isforzi futuri tiegħu, kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu.