Thursday, April 25, 2024

Darren Debono “It-Topo” se jixhed fil-kumpilazzjoni dwar l-attentat ta’ serqa mill-bank HSBC fl-2010

Aqra wkoll

Daren Debono magħruf bħala t-Topo, li l-ġimgħa li għaddiet kien ikkundannat 10 snin u sitt xhur ħabs wara li ammetta l-involviment tiegħu fl-attentat ta’ hold up fuq il-bank HSBC fl-2010, mistenni jixhed fil-kumpilazzjoni kontra Vincent Muscat li se tkompli aktar tard dan ix-xahar.

Il-ġuri ta’ Muscat b’rabta ma’ dan il-każ kellu jibda wkoll il-ġimgħa li għaddiet, iżda kellu jiġi pospost wara li saret ammissjoni minn Debono u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukati ta’ Debono laħqu qbil dwar il-piena li kellha tingħata.

Il-Qorti Kriminali għalhekk bagħtet il-każ lura fil-Qorti tal-Maġistrati biex tisma’ lil dan ix-xhud jagħti x-xhieda tiegħu u ddifferiet il-ġuri sakemm dan isir. Il-kumpilazzjoni mistennija tkompli nhar l-20 ta’ Jannar li ġej, quddiem il-Maġistrat Monica Vella.

Għal Debono qed jidhru l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.

Sport