Il-plejer li jikkompeti fil-wheelchair darts Bradley Zerafa fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħa sehem f’tuornament internazzjonali f’Budapest fejn irnexxielu jikseb it-tielet post fiż-żewġ kompetizzjonijiet li ħa sehem fihom.
Fil-Wheelchair Para Darts Classic, Zerafa tilef kontra Darren Kennish għalkemm rebaħ lil Balazs Fenesi u Gabor Bader sabiex temm it-tieni fil-grupp u għadda għal mal-aħħar erbgħa.
Fis-semifinali hu ltaqa’ kontra Arnost Hladky iżda tilef 3-1. Minkejja kollox, f’din il-kompetizzjoni hu rnexxielu jġib skor tajjeb ta’ 174.
Fil-ġurnatafinali hu Bradley Zerafa ħa sehem ukoll fil-Wheelchair Para Darts Masters hekk kif kien qed jieħu sehem fi grupp magħmul minn tliet plejers fejn rebaħ bl-istess skor ta’ 2-1 kontra Viragos Kis Lajos u Zsolt Szarvas sabiex kiseb l-ewwel post fil-grupp. Hu kompla għaddej bil-forma tajba tiegħu war ali għeleb lil Gabor Bader fil-kwarti tal-finali sabiex kien biss fis-semifinali li ġie eliminat minn Darren Kennish hekk kif tilef 4-2.
Zerafa qed ikompli jiżviluppa l-ħiliet tiegħu f’din il-logħba u matul dan l-istaġun kellu ċ-ċans jiddebutta fil-kampjonat nazzjonali tad-darts meta lagħab għal Żejtun Laċċi fil-konfront li kellhom kontra PO’s Bar.