Tuesday, August 4, 2026
Home Sport Darts: Chris Dobey f’Malta l-ġimgħa d-dieħla

Darts: Chris Dobey f’Malta l-ġimgħa d-dieħla

0
619
Ritratt: Sky Sports

Il-ġimgħa d-dieħla mistenni jasal Malta l-plejer professjonali tad-darts Chris Dobey fejn inġieb bħala mistieden ewlieni mill-Malta Darts Association waqt id-Darts Open li se jsir fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop bejn it-8 u l-10 ta’ Novembru.

Dobey għandu 32 sena u huwa plejer Ingliż li ilu jilgħab id-darts 12-il sena. Hu mlaqqam bħala Hollywood u bħalissa jinsab irrankjat fit-22 post tal-PDC.

Dobey kellu parteċipazzjoni f’diversi kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom l-UK Open, il-Grand Slam, il-kampjonat Ewropew u dak dinji kif ukoll il-Masters.