Friday, May 10, 2024

Darts: Floriana Ajax Premier Cabs u Fgura A bl-ikbar rebħiet tal-ġurnata

Aqra wkoll

Floriana Ajax Premier Cabs u Fgura A kisbu l-ikbar rebħiet fit-tielet ġurnata tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Malta Darts Association.

Fil-fatt fi grupp B kemm il-Furjaniżi kif ukoll il-Fgurin rebħu bl-iskor identiku ta’ 6-0 kontra Top Gun Marsa u Duke’s rispettivament.

Sadanittant fi grupp A, Birgu Boċċi Club u Ħamrun Bayern baqgħu jżommu l-ewwel post wara rebħiet simili ta’ 5-1 kontra Fgura Maypole u Leah’s Bar rispettivament.

Floriana MCP jinsabu fit-tieni post wara li għelbu lil PO’s Bar 6-2.

KLASSIFIKA – GRUPP A

Birgu Boċċi Club, Ħamrun Bayern 9, Floriana MCP 6, Fgura Maypole, Leah’s Bar 1, PO’s Bar Gudja 0.

KLASSIFIKA – GRUPP B

Floriana Premier CC, Team Fgura A 6, Juventutis Domus 3, Duke’s Bar, Top Gun 1.

Floriana Ajax Premier Cabs and Fgura A achieve mammoth victories

Sport