Saturday, September 7, 2024

Darts: Floriana Ajax Premier Cars b’rebħa konvinċenti

Aqra wkoll

Iċ-champions Floriana Ajax Premier Cars kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts meta ddominaw il-konfront kontra PO’s Bar Gudja u rebħu 7-1.

Kif jindika l-iskor, il-Furjaniżi ddominaw mill-bidu sal-aħħar din il-logħba u kien biss fid-doubles li l-Gudjani rnexxielhom jirbħu sabiex naqqsu l-marġni tal-iskor.

Anke t-tim promoss Birżebbuġa Lions kisbu rebħa identika barra minn darhom għand Ħamrun Bayern B.

Mill-banda l-oħra, kien hemm konfront bilanċjat bejn Sliema Club Lounge A u Floriana Ajax MCP bir-riżultat finali jkun dak ta’ 4-4.

Fit-tieni diviżjoni, Birgu Boċċi Club A irreġistraw l-ikbar rebħa wara skor ta’ 7-1 fuq Top Gun Marsa filwaqt li Duke’s DT, Cox’s Sports Bar u Domus Men’s rebħu bi skor simili ta’ 6-2 kontra Żebbuġ Rangers DT, Leah’s Bar A u Beland DT.

Fit-tielet diviżjoni, Żejtun Laċċi Maypole iddominaw il-konfront kontra Munchies Buġibba tant li rebħu 8-0 filwaqt li Nicolo Isouard kellhom jitħabtu aktar milli mistenni sabiex jegħlbu l-isfida iebsa ta’ Tal-Balklor Senglea bl-iskor finali jkun dak ta’ 5-3.

Birgu Boċċi Club A għelbu lil Sliema Lounge B 6-2 filwaqt li Domus Ladies kisbu draw prestiġġjuż ta’ 4-4 kontra Tal-Ġilju DT.

KLASSIFIKA – MDA L-EWWEL DIVIŻJONI

Floriana Premier Cars A, Birżebbuġa Lions 6, Żejtun Laċċi Gold Lady, Ħamrun Bayern A 3, Sliema Lounge A, Floriana Ajax MCP 1, Ħamrun Bayern B, PO’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIENI DIVIŻJONI

Birgu Boċċi Club A, Domus Men’s 6, Duke’s Bar 4, Cox Bar 3, Beland Żejtun, Żebbuġ Rangers DT, Top Gun 1, Leah’s Bar 0

KLASSIFIKA – MDA IT-TIELET DIVIŻJONI

Żejtun Laċċi Maypole 6, Birgu Boċċi B 4, Tal-Ġilju 3, Nicolo Isouard 3, Domus Ladies 2, Tal-Balklor , Leah’s Bar B 1, Sliema Lounge B 0

Ekonomija

Sport