Monday, May 13, 2024

Luxol eliminati mill-UEFA Futsal Champions League

Aqra wkoll

Luxol St Andrew’s tilfu t-tielet logħba tar-round prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League meta f’Loznica fis-Serbja ġew megħluba minn Sporting Anderlecht tal-Belġju 5-1.

B’hekk it-tim minn St Andrew’s ġie eliminat minn din il-kompetizzjoni wara li sofrew tliet telfiet. Fil-fatt, aktar qabel huma tilfu 6-0 kontra Barcellona u 3-1 kontra t-tim ospitu ta’ Loznica.

Wara li sabu ruħhom minn taħt, Luxol irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs iżda l-avversarji tagħhom kienu ferm konċentrati u motivati li jieħdu r-rebħa finali.

Rafael Vilela poġġa lil Anderlecht minn fuq iżda Luxol ġabu l-iskor indaqs minn Dos Santos Barbosa. Marcenio u Edu żiedu żewġ gowls qabel tmiem l-ewwel taqsima sabiex il-Belġjani ssiġġillaw ir-riżultat permezz ta’ Diego Roncaglio u Grello.

F’logħba oħra, Barcellona rebħu l-grupp meta għelbu lil Loznica 2-0.

Luxol: Joao Silva, Celino Alves, Maikinho, Castro, Emil Raducu, Clint Mifsud, Everton Veve, Vitinho, Mark Zammit, Andy Mangion, Marwan Telisi, Andre, Dos Santos Barbosa, Jefferson Alves.

Anderlecht: Diego Roncaglio, Edu, Tomic, Dilien, Grello, Cardoen, Cristiano, Marcenio, Vilela, Saura, Campas, Cainan.

Sport