Iċ-champions Floriana Ajax A rebħu l-isfida diretta kontra Rosso 33 tant li għelbuhom 6-2. Kienet wirja kollettiva mill-Greens li biha taw l-ewwel telfa lill-avversarji tagħhom li sa qabel dan il-konfront kienu rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu.
Birgu Boċċi Club A approfittaw minn dan ir-riżultat hekk kif anke huma telgħu l-ewwel wara rebħa ta’ 7-1 kontra Ħamrun Bayern.
Sliema Lounge A kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Żejtun Laċċi Maypole 5-3.
Fit-tieni diviżjoni, il-leaders Duke’s Darts A għelbu lil Birgu Boċċi Club B 5-3 sabiex baqgħu jżommu t-tliet punti vantaġġ fuq iż-żewġ timijiet ta’ warajhom.
Żejtun Band Club Darts Team żammew it-tieni post tal-klassifika wara skor pożittiv ta’ 5-3 kontra PO’s Bar Gudja.
Cox Bar u Beland kisbu riżultat identiku ta’ 6-2 kontra Żejtun Laċċi Reds u Top Gun rispettivament.
Fit-tielet diviżjoni, hemm żewġ timijiet fil-quċċata iġifieri Titans Tal-Balklor Senglea u MMG Darts Team.
MMG għelbu lil Duke’s Bar B 5-3 b’Titans li ddominaw il-konfront tagħhom kontra Nicolo Isouard u rebħu 7-1.
Mill-banda l-oħra, Tal-Ġilju rebħu lill-ġirien Żurrieq FC 5-3 filwaqt li Munchies għelbu lil Sliema Lounge B 6-2 barra minn darhom.