Thursday, July 30, 2026
Home Sport Darts: Ħamrun Bayern jirbħu l-kampjonat tas-sajf

Darts: Ħamrun Bayern jirbħu l-kampjonat tas-sajf

0
663

Ħamrun Bayern huma r-rebbieħa tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts meta fil-finali li ntlagħbet fi stabbiliment f’Marsaskala, huma għelbu lil Floriana Ajax 5-1.

Kif jindika l-iskor, il-Ħamruniżi ddominaw dan il-konfront fejn stabilixxew vantaġġ ta’ erba’ punti li kien biżżejjed sabiex tiġi deċiża din il-finali.

Min-naħa l-oħra, il-Furjaniżi rebħu l-aħħar game sabiex l-iskor finali kien jaqra 5-1.

Fi tmiem il-finali, il-president tal-Malta Darts Association Roderick Zammit ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Ħamrun Bayern Kevin Aquilina.