Sunday, May 19, 2024

Darts: Ħamrun Bayern u PO’s Bar jikkonfermaw il-mument pożittiv tagħhom

Aqra wkoll

Ħamrun Bayern u PO’s Bar ikkonfermaw il-mument pożittiv li għaddejjin minnu meta kisbu riżultati pożittivi u baqgħu fl-ewwel post tal-grupp rispettiv tagħhom fil-kampjonat tas-sajf organizzat mill-MDA.

Ħamrun Bayern dawru telfa f’rebħa hekk kif għelbu lil Żebbuġ Rangers 5-1. Wara li sabu ruħhom minn taħt, il-Ħamruniżi wettqu reazzjoni tajba u rebħu l-ħames games ta’ wara sabiex eventwalment kisbu tliet punti prezzjużi u komplew qatgħu lit-timijiet fit-tieni post bi 11-il punt.

Minn grupp B, PO’s Bar komplew jirbħu hekk kif ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lit-tim tal-qiegħ Duke’s Bar 5-1. Il-Gudjani amministraw ħafna mil-logħob li lagħbu u għajr għal darba waħda biss, dejjem kienu fil-kmand tas-sitwazzjoni.

Manchester Conquest telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara rebħa dominanti fuq Sliema Inter DC bl-iskor ta’ 6-0.

L-ewwel fażi ta’ din il-kompetizzjoni tintemm fis-26 t’Awwissu sabiex aktar tard jintlagħbu s-semifinali.

Klassifika

Grupp A – Ħamrun Bayern 19, Floriana Ajax, Top Gun Bar 8, Żebbuġ Rangers 3

Grupp B – PO’s Bar 16, Manchester Conquest 13, St Paul’s Diamonds 10, Sliema Inter DC 7, Duke’s Bar 0

Sport