Wednesday, July 24, 2024

Darts: Iċ-champions Floriana Ajax Premier Cars jibdew b’rebħa

Aqra wkoll

Floriana Ajax Premier Cars bdew id-difiża tat-titlu tal-kampjonat 8-a-side tad-darts bl-aqwa mod possibbli meta għelbu lil Floriana Ajax MCP 6-2.

Minkejja li sabu ruħhom 2-0 minn taħt, Floriana Ajax Premier Cars kienu tajbin biżżejjed biex idawru l-iskor favurihom kontra t-tieni tim tagħhom li qed jipparteċipa wkoll fl-ogħla diviżjoni.

L-isfidanti għat-titlu Ħamrun Bayern A għelbu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun Bayern B 7-1 biex ħadu l-ewwel tliet punti tal-istaġun filwaqt li Żejtun Laċċi Gold Lady għelbu bl-istess skor lit-tim promoss PO’s Bar Gudja.

It-tim promoss l-ieħor Birżebbuġa Lions DT beda bl-aħjar mod l-istaġun hekk kif għelbu lil Sliema Inter DT 6-2.

Fit-tieni diviżjoni, il-promossi Birgu Boċċi A għelbu lil Cox Bar 6-2 sabiex bdew b’mod pożittiv l-istaġun tagħhom.

Kien hemm logħbiet ferm bilanċjati bejn Top Gun Bar u Duke’s Bar kif ukoll Żebbuġ Rangers DT u Beland Żejtun bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-4.

Domus Men iddominaw lil Leah’s Bar A tant li rebħulhom 8-0.

Fit-tielet diviżjoni, kellna numru ta’ timijiet ġodda li rreġistraw ma’ din l-assoċjazzjoni fejn fl-ewwel ġurnata kien hemm draw ta’ 4-4 bejn Tal-Balklor Senglea u Domus Ladies kif ukoll Birgu Boċċi Club u Leah’s Bar B.

Tal-Ġilju għelbu lil Sliema Lounge B 6-2 filwaqt li Żejtun Laċċi Maypole ħadu walk-over fuq Nicolo Isouard.

Ekonomija

Sport