Tuesday, May 14, 2024

Darts: It-tim nazzjonali b’impenn internazzjonali fl-Awstrija

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts laħqet ftehim mal-Assoċjazzjoni Maltija Awstrijaka sabiex tiġi organizzata logħba ta’ ħbiberija internazzjonali fi Vienna fil-bidu tax-xahar id-dieħel.

Id-delegazzjoni Maltija tinkludi tliet kategoriji tal-irġiel, tan-nisa u taż-żgħażagħ.

Fil-fatt Albert Scerri, Norbert Attard, Tony Borg u Enrico Scerri se jkunu fit-tim tal-irġiel filwaqt li Althea Ciantar, Amy Abela u Beverly Keen se jirrappreżentaw lit-tim nazzjonali tan-nisa.

L-aħwa Kyle u Matti Satariano se jkunu qed jieħdu sehem fil-kategorija taż-żgħażagħ.

Il-logħob se jkun maqsum fil-kategoriji ta’ singles, doubles u bħala tim u jintlagħab fid-DC Darts-Control fi Vjenna bejn is-Sibt 7 u l-Ħadd 8 ta’ Mejju 2022.

Id-delegazzjoni se tkun immexxija mill-President tal-MDA Roderick Zammit b’Tony Tonna u Dorianne Busuttil li se jkunu t-team managers tal-irġiel u tan-nisa u ż-żgħażagħ rispettivament.

Sport