Wednesday, July 24, 2024

Darts: Norbert Attard u Kevin Aquilina jibbrillaw fil-Malta Doubles 2024

Aqra wkoll

Norbert Attard u Kevin Aquilina rebħu l-Malta Doubles 2024 organizzati mill-Malta Darts Association meta fil-finali għelbu lil Brian u Olwyn Abela 5-2 f’logħba ferm interessanti.

Għal Norbert Attard dan kien it-tieni unur fi ftit jiem wara li aktar qabel kien rebaħ is-Super Cup.

Id-duo Attard-Aquilina kellu tournament pożittiv meta għelbu lil George Ebejer/John Ciantar 3-2, J.Xerri/C.Spiteri 3-0, George Abela/Kevin Spiteri 3-1 sabiex fis-semifinali kienu aħjar minn Duncan Incorvaja/Alfred Muscat tant li rebħulhom 4-1.

Matul din il-ġimgħa jintlagħbu s-semifinali u l-finali tal-Premier League of Darts hekk kif Norbert Attard se jilgħab kontra Jonathan Bilocca filwaqt li Albert Scerri jaffaċċja lil Kirsten Aquilina.

Ekonomija

Sport